SIRENS……………………..1
BALZAN……………………4
Sirens: A.Cassar, P.Owusu, H.Gomda (R.Cachia 90′), N.Pulis, A.Harrison, M.Hafiz (C.Agyemang 60″), D.Borrero (M.Markulev 88′), K.Donsu, K.Ntampizas, D. Agius, O.Ilic (K.Muscat 60′)
Balzan: R. Briffa, A.Prates, S. Arab, T.Caruana, J.Busuttil (D.Awosanya 76′) , R.Michibuchi, A.Katanic (G.Blackwood 6′), N.Zerjal (B.Hili 76′), N.Braunovic., O.Rommens, A.Andrejic (H.Euigwon 76′)
Imwissija: K.Ntampizas 84′ (S)
Skorjaw: G.Blackwood 36′, 65′, 87′ N.Pulis (Auto-gowl) 83)
Referee: Philip Farrugia
BOV Plejer tal-Logħba: George Blackwood (Balzan)
Balzan kisbu rebħa importanti fuq Sirens bl-iskor finali ta’ 4-1, biex b’hekk komplew jitbiegħdu miż-żona tar-relegazzjoni, filwaqt li b’dan ir-riżultat Sirens huma matematikament relegati.
Balzan fetħu l-iskor fis-36 minuta permezz tas-sostitut George Blackwood li sab ix-xibka mill-viċin mill-kross ta’ Katanic.
Nofsiegħa wara Balzan għamluhom tnejn permezz tal-istess George Blackwood mill-korner preċiż ta’ Jan Busuttil, bit-tielet gowl jasal fit-83 minuta meta l-midfielder ta’ Sirens Nicholas Pulis xeħet fix-xibka tiegħu stess mit-tentattiv ta’ Awosanja.
Qabel tmiem il-partita, Sirens skorjaw gowl ta’ konsolazzjoni permezz ta’ xutt b’saħħtu Prosper Boakye.
//= $special ?>