Politika tal-enerġija tad-dilettanti bi flusna
L-aħbar li l-ispiża għal kiri ta’ żewġ generators li jaħdmu bid-diesel sparat ‘il fuq minn €14-il miljun kif imħabbar fl-aħħar baġit għal €37 miljun hija turija tad-dilettantizmu fil-politika tal-enerġija tal-Gvern.
Dan ħareġ fi stqarrija mix-Shadow Minister għall-Enerġija, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Ryan Callus.
Dan ifisser li se nħallsu €37 miljun għal żewġ generators li se jintużaw biss għal massimu ta’ 47 ġurnata. Li kieku l-Enemalta kienet azjenda privata, żball oħxon bħal dan kien ikollu konsegwenzi serji. Iżda l-Gvern jaħseb li bi flusna jista’ jagħmel li jrid mingħajr ħadd ma jinduna.
Agħar minn hekk, din l-ispiza ta’ €37 miljun hija frott id-dilettantiżmu fil-politika tal-enerġija ta’ pajjiżna. Wara li falliet is-sistema tad-distribuzzjoni is-sajf li għadda għax ġiet traskurata f’dawn l-aħħar 10 snin, issa jirriżulta li anke l-porvvista tal-generazzjoni mhux tlaħħaq mad-domanda ta’ pajjizna – ammissjoni li saret mill-Inġinier Ryan Fava, li tkellem ta’ inġinier, responsabbli mit-tmexxija tal-Enemalta.
Iċ-ċirasa fuq il-kejk hi li €37 miljun fuq sentejn biex l-Enemalta tikri żewġ generators li jaħdmu bid-diesel. Il-Labour donnu nesa kemm-il darba uża l-kliem “fabbrika tal-kanċer” u ftaħar bil-gass, biex issa mar lura biex juża d-diesel. Dan kollu huwa riżultat ta’ politika tal-enerġija tad-dilettanti, fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu mingħajr pjan u b’riżultat ta’ mumenti ta’ kriżi.
Għall-abbandun tal-pjan tal-enerġija tal-Partit Nazzjonalista, li sa minn qabel l-2013 kien jinkludi t-tieni interconnector, u l-impjant ta’ proġett maġġuri tal-offshore wind farm, ibati l-poplu minn butu u li sal-llum għadu mingħajr garanzija li fis-sajf li ġej se jkollu provvista stabbli tal-enerġija.
//= $special ?>