Neil Camenzuli
Fit-22 ġurnata tal-Kampjonat BOV, numru ta’ partiti interessanti li se jiffurmaw il-kampjonat hekk kif resqin lejn it-tmien ta’ dan l-istaġun wara li fadal biss l-aħħar 5 logħbiet. Illum il-kampjonat jiftaħ b’wieħed mill-iktar konfronti missielta fl-istaġun, u fil-futbol Malti permezz tad-Derby bejn ir-rivali eterni Valletta u Floriana. Partita kruċjali mhux biss fis-sens ta’ storja u prestiġju, madankollu riżultat negattiv għal kwalunkwe tim jaf jiddeċiedi ħafna, għal Valletta pass eqreb lejn ir-relegazzjoni, filwaqt li Floriana jkomplu jittamaw fil-ħolma li jirbħu t-titlu din is-sena. Dan filwaqt li nsibu partita oħra mistennija, din id-darba bejn Ħamrun Spartans li jokkpuaw it-tieni post u Birkirkara li bħalissa jokkupaw is-sitt post. Għada fis-2pm konfront ukoll li jista’ jfisser ħafna fl-istaġuni taż-żewġ timijiet.
Valletta v Floriana | Illum, fis-2pm fl-Istadium Nazzjonali
Staġuni totalment oppost miż-żewġ rivali, Floriana jokkupaw l-ewwel post fil-klassifika u għadhom kif ġejjien minn rebħa komda fuq Marsaxlokk fl-Izibet FA Trophy biex għamluha għas-semi finali, filwaqt li Valletta fit-12-il post u riskju enormi ta’ relegazzjoni storika. Il-Beltin qed iffitxu l-ewwel rebħa tagħhom minn Jannar hekk kif ilhom 7 logħbiet bla rebħa, bl-iktar konfront riċenti jirriżulta f’telfa diżappuntanti għall-aħħar kontra Santa Lucia ta’ 2-0, li wieħed jista jikkunsidra ukoll jinnsabu fit-taqtigħa kontra r-relegazzjoni. Intant, forma differenti għall-aħħar għal Floriana hekk ilhom bla telfa fil-kampjonat għall-aħħar 9 logħbiet, bl-aħħar rebħa fil-BOV Premier League tasal kontra r-rivali eterni l-oħra, Sliema Wanderers fl-Old Firm Derby, fejn il-Greens ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0. Rebħa għal Floriana tressaq il-Greens pass eqreb lejn ir-rebħ tal-kampjonat, filwaqt li bl-istess mod titfa’ lir-rivali Valletta f’iktar problemi u serjament tiftaħ l-opportunità għar-relegazzjoni tal-Beltin.
Ħamrun Spartans v Birkirkara | Għada fis-2pm fl-Istadium Nazzjonali
Għat-tieni ġimgħa konsekuttiva dawn iż-żewġ timijiet se jaffrontaw lil xulxin, bid-differenza li l-ġimgħa l-oħra Birkirkara stennew sal-għoti tal-penalties biex għelbu lil Ħamrun fil-kwarti finali tal-Izibet FA Trophy, fejn sintendi dawn m’huwiex possibli fil-kampjonat. B’hekk l-Istripes se jkollhom ikunu iktar offensivi fil-logħob tagħhom u ma jittamawx fil-mirakli tal-goalkeeper sostitut Amary Sylla jekk iridu r-rebħa għada. Tlett punti għal Birkirkara mhux biss tkompli titfa’ il-pressjoni fuq Marsaxlokk fir-raba’ post u possibilment ċans li jilagħbu fl-Ewropa, madankollu ukoll tweġġa ċ-ċansis tal-avversarji Ħamrun Spartans li jirbħu t-tieni titlu konsekuttiv tagħhom. Telfa għal Ħamrun u rebħa għal Floriana taf tfisser li Ħamrun jispiċċaw 6 punti taħt il-Greens, b’4 partiti biss x’jintlagħbu u konfront dirett kontra l-istess Floriana ftit ġimgħat oħra fil-partita ta’ qabel tal-aħħar. Minn naħa l-oħra t-tim imexxi minn Jose Borg qiegħed jittama li jirexxielu jdawar l-istaġun mhux daqs tant pożittiv u jirnexxielu jispiċċa mal-ewwel 4, kif ukoll possibilment jirbħu l-Izibet FA Trophy għat-tieni sena konsekuttiva.
Sirens v Balzan | Illum, fis-2pm fis-Centenary Stadium
Balzan qed jittamaw li jirrepetu l-aħħar konfront tagħhom kontra t-tim minn San Pawl il-baħar hekk kif f’Novembru li għadda Balzan għelbu lil Sirens bl-iskor komdu ta’5-0. Minn naħa l-oħra Sirens tim li huwa diġa kkonfermat relegat m’għandu xejn x’jitlef, b’hekk wieħed jista jistenna li t-tim imexxi minn Steve D’Amato se joħroġ fuq l-offensiva u jittama li jikseb it-tieni rebħa staġjonali tiegħu. Fl-aħħar tlett konfronti bejn iż-żewġ timijiet Balzan dejjem ħarġu rebbieħa, u tlett punt illum huma kruċjali hekk kif Balzan jinsabu fid-9 post, post wieħed biss fuq iż-żona tar-relegazzjoni, u punt wieħed biss fuq Sant Lucia fl-10 post. Balzan ġejjien minn serje ta’ riżultati pożittivi, bl-iktar partita riċenti tkun ir-rebħa ta’ 2-0 fuq Gudja Unted, filwaqt li fl-aħħar ġimgħat Balzan ukoll irnexxielhom jiġbru l-punti kontra Floriana, Hibernians u Birkirkara.
Gudja United v Naxxar Lions | Illum, fl-4:30pm, fis-Centenary Stadium
Storja simili tal-konfront preċedenti, fl-istess grawnd, Naxxar Lions se jaffrontaw lil Gudja United, it-tieni tim li huwa diġa matematikament relegat. Gudja jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika, b’total ta’ 6 punti biss, bil-punti kollha jaslu minn draws hekk kif għadhom ma’ ħadux l-ewwel rebħa tagħhom wara 21 partita. Għal Naxxar u l-kowċ George Vella, xejn inqas minn tlett punti huma mistennija illum, bil-Lions ġejjien minn rebħa tajba fuq Birkirkara ta’ 2-0. Simili ta’ Balzan, Naxxar jinsabu fit-8 post b’28 punt, fejn tlett punti jistgħu jkunu kważi biżejjed fil-mixja tagħhom lejn is-salvazzjoni. Staġun sorprendenti hekk kif fil-bidu tas-sena ħafna ħasbu li Naxxar bħala tim neo-promoss se jkun fost dawk li qed jissieltu kontra r-relegazzjoni. Madankollu numru ta’ riżultat tajbin fosthom żewġ rebħiet kontra Birkirkara , rebħa u draw kontra Hibernians u draw kontra l-leaders Floriana matul l-istaġun tefaw lill-Lions f’pożizzjoni tajba.
Marsaxlokk v Gżira United | Is-Sibt fil-4:45pm, fl-Istadium Nazzjonali
Ħames punti jifirdu lil Marsaxlokk u l-Gżira, madankollu żewġ sitwazzjonijiet differenti hekk kif Marsaxlokk ġejjien minn rebħa tajba ta’ 2-1 fuq iċ-champions renjanti Ħamrun Spartans u jinsabu fir-raba’ post b’33 punt, u ċans tajjeb għall-kwalifikazzjoni għall-Ewropa, filwaqt li minkejja li qabdu naqra l-forma fl-aħħar ġimgħat, Gżira għadhom qed isoffru l-bidu ħażin li kellhom hekk kif jinsabu fis-7 post b’28 punt, tlett punti biss fuq iż-żona tar-relegazzjoni. Gżira rebħu l-aħħar żewġ partiti tagħhom, b;rebħa fil-kamojonat fuq Mosta ta’2-1, kif ukoll rebħa li tieħodhom għas-semi finali tal-Izibet Trophy fuq Mġarr United, li kisbu l-promozzjoni għaċ-Challenge League ftit ġimgħat ilu.
Mosta v Santa Lucia | Il-Ħadd, fis-2pm, fis-Centenary Stadium
Żewġ timijiet li jinsabu f’sitwazzjoni simili, bħalissa t-tnejn jinsabu fiż-żona tar-relegazzjoni, b’Santa Lucia fl-10 post u Mosta fil-11-il post, b’differenza ta’ żewġ punti bejn it-timijiet. Rebħa għal Santa Lucia u riżultat negattiv f’waħda mill-partiti ta’ Balzan jew Naxxar taf tfisser li t-tim imexxi minn Alessandro Zinnari joħrog miż-żona tar-relegazzjoni, bl-istess riżultat kważi jikkundana lil Mosta għaċ-Challenge League, hekk kif il-Mostin fadallhom jilagħbu kontra Floriana, Hibernians u Balzan, li huma kollha avversarji validi u kollha qed ifittxu l-massimi tal-punti mill-partiti li fadal. Santa Lucia ġejjien minn rebħa tajba fuq Valletta ta’ 2-0, filwaqt li Mosta ġejjien minn telfa permezz tal-għoti tal-penalties fl-Izibet Fa Trophy kontra Sliema, filwaqt li l-aħħar partita fil-kampjonat ukoll kienet telfa, din id-darba kontra Gżira Unite bl-iskor ta’ 2-1.
Sliema Wanderers v Hibernians | Il-Ħadd, fl-4:15pm, fl-Istadium Nazzjonali
L-aħħar partita skedata għal tmiem il-ġimgħa hija partita oħra interessanti, bejn Sliema Wanderers u Hibernians, żewġ timijiet oħra li għandhom storja kbira fil-futbol Malti. Konfront bħal dan dejjem ikollu xi ħaġa sinifiaknti, u din is-sena iż-żewġ timijiet qed jiġġieldu għat-tlett punti li se jiddeċiedu l-kampjonat rispettiv tagħhom. Rebħa għal Sliema titfa’ lit-tim ta’ Paul Zammit sieq waħda fil-kwalifikazzjoni għall-Ewropa, filwaqt li tlett punti għal Hibernians u riżultat negattiv għal Marsaxlokk titfa’ lil Hibernians fir-raba’ post, u ċans tajjeb għall-Ewropa ukoll. Sliema ġejjien minn rebħa drammatika fuq Mosta fit-Trophy, filwaqt li tilfu l-iktar konfront riċenti fil-kampjonat fl-Old Firm Derby kontra l-Floriana 2-0, minn naħa l-oħra Hibernians qeed ifittxu t-tielet rebħa konsekuttiva wara li għelbu lil Gudja United u Sirens.
//= $special ?>