Internazzjonali

Iżrael imħeġġa jippublikaw r-rapport tal-inkjesta dwar il-qtil ta’ seba’ mill-istaff tal-‘World Central Kitchen’

Il-’World Central Kitchen’, appellat għal investigazzjoni indipendenti dwar il-qtil ta’ seba’ mill-istaff tagħha waqt attakk bid-drones Iżraeljani f’Gaza. Dan wara li l-Forzi tad-Difiża ta’ Israel  qalu li kien hemm żbalji li wasslu għal qtil ta’ dawn il-ħaddiema.

Inkjesta militari Iżraeljana wasslet biex żewġ uffiċjali għolja spiċċaw tkeċċew. Madankollu, il-Kap Eżekuttiv tal-World Central Kitchen qal li l-militar Iżraeljan "ma jistax jinvestiga b'mod kredibbli l-falliment tiegħu stess f'Gaża".

Bħalissa l-qawwiet Iżraeljani jinsabu taħt pressjoni minn pajjjiżi tal-Punent biex jippubblikaw il-konklużjonijiet sħaħ tal-investigazzjoni tiegħu.

Saħansitra, l-amministrazzjoni Amerikana qed taffaċċja pressjoni  dwar l-appoġġ militari preżenti lil Iżrael kif ukoll dwar għajnuna futura.