Fil-każ ta’ El Hiblu 3, il-President Emeritu Marie-Louise Colerio Preca attakkat s-sistema legali ta’ Malta talli naqset milli tħares id-drittijiet tat-tfal.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret is-Sibt filgħodu fil-Belt Valletta sabiex jitfakkar il-ħames anniversarju minn din il-ġrajja kerha meta 3 żgħażagħ ġew akkużati b’terroriżmu flok imfaħħra għax-xogħol li għamlu sabiex jiddefendu d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.
Il-Koalizzjoni għall-Ħelsien ta’ l-El Hiblu 3 appellaw li l-akkużi fil-konfront ta’ Amara, Abdalla u Kader għandhom jitwaqqgħu mill-Istat dan għaliex qed issir inġustizzja magħhom. Bil-Koalizzjoni tgħid li dawn it-tlett żgħażagħ huma innoċenti.
Fakkru wkoll fil-mumenti diffiċli li affaċċjaw meta ħarbu mil-Libja u ġew Malta fejn wara li ġew salvati mill-għarqa affaċċjaw biża’ li jerġgħu jispiċċaw il-Libja.
Intqal ukoll li fuq il-vapur kien hemm sitwazzjoni ta’ tensjoni kbira, sforz dil-biza, imma ukoll ghax il-kaptan ma setghax jikkomunikaw ma hadd.
Amara, Abdalla u Kader spiccaw interpreti bejn il-kaptan u l-ohrajn. Ma kienetx facli u bis-sahha taghhom is-sitwazzjoni ikkalmat, hadd ma wegga’ u hadd ma qabez u miet, u hadd ma ittiehed lura il-Libja. Iżda issa ilhom ħames snin jaffaċċjaw inġustizzja kbira.
Minn naħa tagħha l-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca esprimiet id-diżappunt tagħha għall-mod kif l-awtoritajiet kienu sakkru liż-żgħażagħ u injoraw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet maqgħuda dwar id-Drittijiet tat-Tfal.
“Il-każ ta’ Amara, Kader, u Abdallah huwa ksur sfaċċat tad-drittijiet tal-bniedem tat-tfal,” iddikjarat Coleiro Preca.
Il-President Emeritus hija waħda minn nies li tixtieq li twaqqa l-allegazzjonijiet ta’ terroriżmu kontra Amara Kromah, Kader Abdul, u Abdalla Bari, li ttieħdu l-ewwel darba f’kustodja f’Marzu 2019 waqt li kienu għadhom minuri.
It-tlieta li huma huma akkużati li mexxew l-El Hiblu, li kien vapur kummerċjali. Huma jsostnu li kienu qed iservu biss bħala interpreti. Huma qattgħu xhur ħabs qabel ma ngħataw il-ħelsien mill-arrest. F’Novembru li għadda, l-avukat ġenerali ddeċieda li jieħu l-każ biex jgħaddi ġuri. Jekk jinstabu ħatja, huma jiffaċċjaw sa għomorhom il-ħabs.
//= $special ?>