Ġimgħa wara l-oħra qed inkomplu naraw kif ix-xandir nazzjonali mhuwiex wieħed imparzjali dan hekk kif matul il-jum tal-Ħamis f’xandira speċjali b’rabta mal-Presidenza l-PBS kellu biss nies affiljati mal-Partit Laburista u ma kellhomx persuna waħda li ġejja mill-Partit Nazzjonalista.
F’artiklu f’The Malta Independent’ intqal li waqt ix-xandira speċjali l-PBS kellhom tlett eks-ministri Laburisti, kif ukoll opinjonist affiljat mal-Labour.
Fost dawn il-mistiedna kien hemm il-Kummissarju Ewropew Helena Dalli li minkejja l-attakki pariġġjani tagħha ma kien hemm ħadd jirribattiha fejn fost l-oħrajn deher biċ-ċar li ħadet għaliha meta l-Partit Nazzjonalista saħaq li mhux se jaċċetta nies mill-Kabinett ta’ Joseph Muscat għall-Presidenza. Dan għaliex huwa sigriet magħruf li Robert Abela kien qed jikkunsidra lil Helena Dalli għall-President.
Dan apparti li fl-ewwel analiżi tad-diskors tal-President Myriam Spiteri Debono l-PBS fl-ebda ħin ma semma l-kummenti li għamlet b’rabta mal-korruzzjoni kif ukoll b’rabta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia hekk kif waqt id-diskors tagħha hija ddeskrivietu bħala ferita li għadha qed tnixxi d-demm.
Għaldaqstant matul l-aħħar xhur kien hemm diversi okkażjonijiet fejn l-PBS kien parzjali għall-aħħar fir-rapurtaġġ tiegħu anke fuq affarijiet li ma kinux politiċi fost l-oħrajn meta ċċensuraw parti mid-diskors tal-Papa Franġisku.
Dan apparti li ċċensuraw diskorsi tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kif ukoll kellna konferma wara l-oħra li x-xandir nazzjonali qed ikun magna ta’ propoganda għal Robert Abela.
Il-Partit Nazzjonlista ripetutament insista li l-PBS qed jonqos milli jwassal il-verità u għalhekk qed jagħti diservizz kbir lill-poplu. Dan apparti li l-PBS kemm -il darba nstab ħati ta’ żbilanċ jew rapurtaġġ qarrieqi fl-aħbarijiet bil-Partit Nazzjonalista spiċċa ngħata raġun.
//= $special ?>