Żagħżugħ Sirjan ta’ 22 sena jinsab l-isptar Mater Dei jissielet għal ħajtu wara li waqa’ ħames sulari f’ blokka ta’ appartamenti.
L-inċident seħħ is-Sibt waranofsinhar għall-ħabta tas-2:00 fi Triq Johnny Catania, fl-Imsida.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li ż-żagħżugħ waqa’ ħames sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji u li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.
//= $special ?>