Sport Sport Ieħor

Diamond Cup tal-IFBB Malta u Snooker fi SportExtra tal-lum

Illum fil-5.15 pm fuq Net Television, jixxandar it-23 programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Fl-ewwel parti tal-programm it-tema ewlenija hija il-bodybuilding u fitness b’rabta mal-Kampjonat Nazzjonali u l-Edizzjoni 2024 tad-Diamond Cup organizzati minn IFBB Malta. Misteden fil-programm Ralph Decelis, President ta’ IFBB Malta.

Fi tmiem l-ewwel parti fit-taqsima ‘Ġimgħa ta’ Sport’ ħarsa dwar l-avveniment ewlenin li seħħew matul din il-ġimgħa.

Fit-tieni parti enfażi dwar is-snooker u l-partecipazzjoni tal-kontinġent tal-Malta Billiards & Snooker Association fl-aħħar Kampjonat tal-Ewropa li sar f’Sarajevo, Bosnija-Herzegovina. Mistieden Brian Cini rebbieħ tal-midalja tal-bronż fl-istess Kampjonati kif wkoll Ivan Brincat President tal-MBSA

Sport Extra għandu preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u filmati minn Liam Briffa.