Fl-iktar partita mistennija tal-ġimgħa, Manchetser United u Liverpool temmew fi draw ta’ 2-2, b’ Liverpool jitilfu żewġ punti kruċjali fil-ġlieda għal-kampjonat kontra r-rivali.
Luis Diaz fetaħ l-iskor l-ewwel wara biss 23 minuta logħob b’konkużjoni mill-viċin, filwaqt li r-Red Devils għamlu l-iskor indaqs fil-50 minuta permezz ta’ konklużjoni mill-isbaħ ta’ Bruno Fernandes minn nofs il-grawnd. Manchester United marru fil-vantaġġ kważi kwarta wara minn gowl impressjonanti taż-żagħżugħ Kobbie Mainoo minn barra l-kaxxa.
Tmiem drammatiku hekk kif dl-84 minuta Mohammed Salah għamel l-iskor indaqs permezz ta’ penalty li wasa minn foul kommess minn Wan Bissaka.
Riżultat identiku għall-partita preċidenti hekk kif Chelsea ġew miżmuma minn Sheffield United b’gowl fl-aħħar minuti bl-iskor ikun 2-2. Riżultat diżappuntanti għall-aħħar għall-Blues li wara rebħa drammatika fuq Manchester United tilfu kontra Sheffield li jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika.
Id-difensur esperjenzat Thiago Silva kien l-awtur tal-ewwel gowl tal-partita, segwit mill-gowl tad-draw skorjat minn Jayden Bogle ta’ Sheffield fit-32 minuta.
Il-Blues ħadu l-vantaġġ għat-tieni darba meta Noni Madueke sab ix-xibka mill-assist tal-istilla Palmer.
Tmiem drammatiku hekk kif Oliver McBurnie jiskorja fit-93 minuta biex għamel l-iskor indaqs u rebaħ punt għat-tim tiegħu.
Tottenham Hotspur kisbu rebħa komda fuq Nottingham Forest biex telgħu fir-raba’ post.
Spurs bdew fuq nota tajba hekk kif marru fil-vantaġġ wara biss kwarta logħob mill-autogowl ta’ Murillo, madankollu t-Tricky Trees ġabu d-draw ftit iktar minn 10 minuti wara permezz tal-attakkant prolifiku Chris Woods.
Fit-52 iż-żagħżugħ Micky Van de Ven sab ix-xibka mis-suġġeriment ta’ Son, b’Tottenham jisiġillaw ir-rebħa sitt minuti wara minn Pedro Porro.
Is-Sibt
C.Palace v Man.City 2-4
Wolves v West Ham 1-2
Luton v Bournemouth 2-1
Fulham v Newcastle U. 0-1
Everton v Burnley 1-0
A.Villa v Brentford 3-3
Brighton v Arsenal 0-3
Illum
Manchester U. v Liverpool 2-2
Sheffield U. v Chelsea 2-2
Tottenham v Nottingham F. 3-