Lokali

Jitlef il-kontroll tal-mutur u jsofri ġrieħi gravi fi Triq il-Kbira, ir-Rabat

Raġel ta’ 58 sena u residenti Ħaż-Żebbuġ, għall-ħabta tas-2 pm, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident bil-mutur fi Triq il-Kbira, ir-Rabat.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Yamaha Crypton, tilef il-kontroll u waqa’.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.