Formula 1 Sport

Max Verstappen jispiċċa fl-ewwel post fil-Grand Prix tal-Ġappun

(Ritratt: EPA)

Fis-Suzuki Circuit fil-Ġappun kien Max Verstappen ta’ Red Bull li temm fl-ewwel, segwit minn sieħbu tal-istess tim Sergio Perez, b’ Carlos Sainz ta’ Ferrar jkun l-aħħar sewwieq li jagħmilha fuq il-podium. Is-sewwieq Olandiż Verstappen daħal b’distakk ta’ ftit iktar minn 12-il sekonda fuq Perez.

Fir-raba’ post temm is-sewwieq l-ieħor ta’ Ferrar Charles Leclerc, filwaqt li Lando Norris ta’ McLaren daħal fil-ħames post. Intant fis-sitt u seba’ post temmew Fernando Alonso ta’ Aston Martin u George Russel, bil-veteran Spanjol jitħol ftit mumenti qabel is-sewwieq ta’ Mercedes.

Oscar Piastri temm fit-tmien, b’prestazzjoni diżappuntanti għal Lewis Hamilton li spiċċa fid-disa’ post.

F’pajjiżu stess Yuki Tsunoda rnexxielu jitħol mal-ewwel għaxra li daħal ftit qabel Hulkenberg.