Lokali

“Partit Nazzjonalista joffrilek aħjar” – Mario DeMarco

Partit Nazzjonalista jemmen li l-politikà qiegħda hemm biex toħroġ is-sabiħ, it-talent u l-kwalitàta ta’ kull bniedem, Il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-politika tried tħares il-ġenerazzjonijiet li għad iridu jiġu u fuq kollox Partit Nazzjonalista jemmen fil-politika tal-opportunità għal kulħadd.

Kien dan il-messaġġ  li wasal id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Mario DeMarco, waqt attivita politika li saret fil-foss tal-Imdina. DeMarco kompla jgħid kemm huwa importanti li nifhmu d-differenza kbira bejn iż-żewġ partiti, fejn għandek Gvern Laburista li ppermeta lista twila ma tispiċċa qatt ta’ skandli u Partit Nazzjonalista li qatt ma permeta dan u minflokk fassal pjanijiet li ħallew frott kbir lil pajjiżna bħal ma kien il-pjan li pajjiżna jsir membru tal-Unjoni Ewropea.

Mario DeMarco spjega kif Gvern Laburista ppermeta lil min kien sinjur jibqa’ jsir iktar sinjur waqt li min hu fqir isir iktar fqir, tant li qegħdin f’sitwazzjoni fejn il-food kitchens mhux qed ilaħqu man-numru dejjem akbar ta’ nies  li qed jirrikoru għal-ikel.

Hu aċċena wkoll għal fatt li l-lingwa Maltija qed tibqa’ tingħata l-ġenb u għal fatt li Gvern Laburisa sar ma jimpurtah minn xejn lanqas mill-fatt li ħabba rebgħa tal-flus miet Jean Paul Sofia.