Sport Sport Ieħor

Tispikka l-final tal-kampjonat Executive Security tal-klassi Silver

Kenneth Vella

Il-ħmistax u s-sittax -il laqgħa tal-istaġun saru bejn il-Ġimgħa fil-għaxija u l-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Filwaqt li fil-laqgħa tal-Ġimgħa spikkat il-final tal-kampjonat Executive Security tal-klassi Silver fuq distanza ta’ 2140m, il-Ħadd kienu ferm mistennija s-semi finali tal-kompetizzjoni BOV Tazza l-Kbira għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u l-heat mill-kampjonat tal-Mediterran fuq 2140m. Il-finali Silver intrebħet mill-Iżvediż Awesome Kronos misjuq minn Noel Baldacchino.

Fil-finali Silver ġrew b’kollox tnax -il żwiemel. Ħawnhekk Noel Baldacchino talab lill-Izvediż Awesome Kronos biex iħaffef il-pass matul l-aħħar 400 metru biex ħa t-tielet rebħa staġjonali b’tul minn Evita D’Estree (Andrew Farrugia) u Dream Maker (Paul Galea). Equateur Mauzun (Cherise Farrugia) temm fir-raba’ pożizzjoni. Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.14.1” fil-kilometru.

Mis-semi finali Premier tnax -il żiemel għamluha għall-finali. Fl-ewwel waħda, kontra kull mistenni, il-popolari, favorit u rebbieħ tal-kompetizzjoni l-istaġun li għadda, Crack Money (Paul Galea) inqabeż fl-aħħar metri mit-Taljan Velvet Gio (Rodney Gatt) li ħa l-ewwel rebħa f’Malta f’medja impressjonanti ta’ 1.13.3” fil-kilometru.

Permezz ta’ Estournel Mouriez, Jesmar Gafa’ ċaħħad lil Rodney Gatt milli jieħu rebħa oħra fit-tieni semifinali tal-aqwa klassi. Iż-żiemel ta’ Gafa’ għadda lil dak ta’ Gatt ftit metri mil-linja finali u għalih din kienet ukoll l-ewwel rebħa fi xtutna.

Is-sewwieqa li ħadu sehem fil-kampjonat tal-Mediterran saqu wkoll żwiemel mill-klassi Silver. Din intrebħet minn Redent Magro b’Gigaro AM wara li ddomina tul id-distanza bl-ewwel parteċipant barrani fit-tieni post jispiċċa s-Serb Dejan Katanic b’Hegoa Smart.

Ir-rebbieħa kollha

Il-Ġimgħa

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gima Tege (C. Vassallo) Ħin – 2.42.3” (1.15.9”) 2. Jewel Dream (Ch. Gauci) 3. Fort De France (J. Farrugia) 4. Golden Noa (J. Buttigieg)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Heathernandleather (R. Gatt) Ħin – 2.43.1” (1.16.2”) 2. Caporal De Larre (P. Galea) 3. Dardanus (Ch. Degiorgio) 4. Conflit (T. Demanuele)

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Global Barirster (J. Scerri) Ħin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. Daraghiu Jeep (A. Cassar) 3. Ezabiu De Goulet (J.C. Pace) 4. Elixir De Freca (J. Said)

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Havaroche (N. Baldacchino) Ħin – 2.41.3” (1.15.4”) 2. Dunbar (R. Magro) 3. Eclair Des Vaux (D. Debono) 4. Prinsen One (M. Farrugia)

V Tiġrija. Kampjonat MRTL Semifinali. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1.  Gypsa Bella (S. Cassar) Ħin – 2.41” (1.15.2”) 2. Forrest Beji (J. Gafa’) 3. Genie Lulu (S. Cutajar) 4. Hanouchka (Cherise Farrugia)

VI Tiġrija. Kampjonat MRTL Semifinali. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Friend (N. Azzopardi) Ħin – 2.41.1” (1.15.3”) 2. Good Buz (K. Galea) 3. Ilona Park (D. Cortis) 4. Haita Du Vieuxcour (Ch. Camilleri)

VII Tiġrija. Kampjonat MRTL Semifinali. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Grace (R. Magro) Ħin – 2.41.2” (1.15.3”) 2. Helice Du Parc (R. Gatt) 3. Galeo Du Portugal (K. Axisa) 4. Ernest Des Angles (Ch. Gauci)

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Arvid S.H. (C. Caruana) Ħin – 2.38.7” (1.14.2”) 2. Escoublac (Ch. Muscat) 3. Charming Soldier (P. Galea) 4. Easy Maza (Ch. Degiorgio)

IX Tiġrija. Finali Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Awesome Kronos (N. Baldacchino) Ħin – 2.38.7” (1.14.1”) 2. Evita d’Estree (A. Farrugia) 3. Dream Maker (P. Galea) 4. Equateur Mauzun (Cherise Farrugia)

X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Conungen T.T. (R. Gatt) Ħin – 2.40.5” (1.15”) 2. Fighter Jihaime (R. Polidano) 3. Hermes Du Pressoir (L. Frendo) 4. Guarda (R. Cassar)

Il-Ħadd

I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Waikiki Man (M. Farrugia) Ħin – 2.43.8” (1.16.5”) 2. Hip Hop Renardiere (N. Barbara) 3. Frede Bork (R. Gatt) 4. M.T. Nosler (J. Carabott)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Haquitin (P. Galea) Ħin – 2.40.2” (1.14.9”) 2. Fast And Good (N. Baldacchino) 3. Chibairo D’Iraty (J. Pace) 4. Girondin (Pierre Vercruysse – FRA)

III Tiġrija. Tiġrija Nternazzjonali Malta-Akbuzat. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Oro Doc (M. Ellul) Ħin – 2.45.5” (1.17.4”) 2. Fleur De Blay (P. Galea) 3. Galys Du Patural (Ch. Degiorgio) 4. Imperatricedarche (Ch. Camilleri)

IV Tiġrija. Tiġrija Nternazzjonali Malta-Akbuzat. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Isseo De Nappes (R. Gatt) Ħin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. High Handed (G. Micallef) 3. Frisquette Snob (R. Schembri) 4. Born This Way (V. Sekisov)

V Tiġrija. Heat Kampjonat Gżejjer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Dieu d’Occagnes (P. Galea) Ħin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Figaro Du Fan (J. Gafa’) 3. Hurricane (E. Buttitta – ITA) 4. Foppa Sisu (R. Vaccaro – ITA)

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Gżejjer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Oyess LJ (R. Gatt) Ħin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Attack Photo (D. Baldacchino) 3. Bonbon Bleu (N. Baldacchino) 4. Givre Nonantais (E. Buttitta – ITA)

VII Tiġrija. Heat Kampjonat tal-Mediterran. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Gigaro AM (R. Magro) Ħin – 2.39.7” (1.14.6”) 2. Hegoa Smart (D. Katanic – SRB) 3. Cash De Beauregard (M. Ellul) 4. Chene De Landisacq (C. Vassallo)

VIII Tiġrija. Semifinali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Velvet Gio (R. Gatt) Ħin – 3.13.5” (1.13.3”) 2. Crack Money (P. Galea) 3. Dreamer Boy (Ch. Camilleri) 4. Mac Smily (C. Caruana) 5. Caprice De Cosse (M. Fenech) 6. Dandy De Godrel (C. Vassallo)

IX Tiġrija.  Semifinali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Estournel Mouriez (J. Gafa’) Ħin – 3.15.4” (1.14”) 2. Espoir D’Elphigny (R. Gatt) 3. Etna Du Lupin (R. Magro) 4. Dragster De Bomo (Ch. Camilleri) 5. Eros Du Fosse (C. Farrugia) 6. Akela Play (Ch. Degiorgio) 

X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Followme Castelets (G. Gatt) Ħin – 2.41.3” (1.15.4”) 2. Calzac De Guez (N. Barbara) 3. Good Job (J. Bartolo) 4. Fille Fingal (A. Cassar)