Lokali

Wieħed mill-kandidati tal-Labour jinsisti li “il-Laburist tilef il-fiduċja”

Il-Partit Laburista għadu qed ibezza’ lin-nies dwar l-elezzjoni ta’ Ġunju li ġej. U issa, wieħed mill-kandidati tiegħu stess saħansitra spiċċa stqarr b’mod dirett li l-Labusiti tilfu l-fiduċja.

Dan qalu wieħed mill-kandidati li qed jimbotta ‘l quddiem Joseph Muscat – Daniel Attard – meta l-Ħadd filgħodu seraq l-attenzjoni kollha minn fuq Robert Abela.

Filwaqt li fid-diskors tiegħu f’Wied il-Għajn, Robert Abela ta x’jifhem li f’pajjiżna għaddej kollox ħarir .. Daniel Attard għażel li jitfa’ dawl fuq il-problemi interni li għandu bħalissa l-Labour biex jikkonvinċi lin-nies. Dan filwaqt illi dwar Joseph Muscat… saħaq li se jibqa’ jiddefendih.

Intant, fl-attività politika tal-Ħadd, Robert Abela injora l-aktar sfida li qiegħda tippreokoppa lill-Maltin; l-għoli tal-ħajja. Anzi, stqarr li l-prezzijiet – skont hu – qed jorħsu.

U filwaqt li Robert Abela ftaħar bil-mudell ekonomiku li qed iħadem il-Gvern Laburista …. ma qal xejn dwar il-fatt li pajjiżna spiċċa jbati minn żieda esagerata u bla pjan fil-popoulazzjoni. Dan apparti t-traffiku enormi, sptar li mhux ilaħħaq mad-domanda, zagħzagħ ma jaffordjawx jixtru l-proprjetà tagħhom, pagi staġnati u ebda garanzija li fi żmien 20/30 sena oħra ikollna l-pensjoni tal-Gvern.