Minn dejjem xtaqt li nagħti lura lil dawk li dejjem għinuni speċjalment lil Caritas li għinet mhux biss lili imma anka lil familja tiegħi.
Hekk stqar Miguel Mifsud li temm b’suċċess il-maratona ta’ 100 km madwar il-kosta ta’ Malta b’risq il-Caritas. Il-maratona bdiet kmieni filgħodu minn Ħad-Dingli, kompliet lejn San Pawl il-Baħar, Ta’ Xbiex, l-Isla, Birżebbuġa u spiċċat fejn iċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas.
Mifsud spjega li weħed mil-għanijiet ta’ din il-maratona kienet li tinħoloq kuxjenza favur ħajja sana ’l bogħod mid-droga u biex wara kollox jagħmel kuraġġ lil dawk li bħalissa huma maħkumin minn xi vizzju.
Ammetta li għalkemm fil-passat kien bniedem sportiv, xorta waħda din il-maratona hija ta’ sfida.
Sfida li qasam flimkien ma’ numru ta’ persuni oħra li għalkemm mhux qed jipparteċipaw għal din il-maratona xorta waħda qed ikunu ta’ appoġġ kbir għalih.
//= $special ?>