Futbol Sport

Everton jitnaqqsulhom żewġ punti oħra

Everton tnaqqsulhom żewġ punti oħra wara li nstabu ħatja għat-tieni darba, li kisru r-regoli finanzjarji tal-Premier League.

Ir-regoli marbuta mal-Profitti u s-Sostenibilità tal-Premier League, jippermettu lill-klabbs li jagħmlu telf ta’ £105 miljun fuq perjodu ta’ tliet snin, bil-klabb ta’ Everton jinstabu li qabżu dan il-limitu b’aktar minn £16-il miljun bejn l-2022 u l-2023.

B’dan it-tnaqqis fil-punti, Everton niżlu fis-16-il post, u jinsabu żewġ punti l’bogħod miż-żona relegazzjoni. Fi Frar, Everton kellhom l-10 punti li kienu mnaqqsa kmieni fl-istaġun imniżżla għal sitta. Fi stqarrija l-klabb minn Merseyside qal li se jkun qed jappella minn din id-deċiżjoni.