L-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat illum, it-Tnejn 8 ta’ April, ingħalqet temporanjament, minħabba xogħlijiet ta’ manutenzjoni estensivi.
Is-servizzi tal-uffiċċju offruti minn din l-għassa se jiġu rilokati għall-Għassa tal-Imtarfa, filwaqt li s-servizzi tal-Pulizija tad-Distrett jistgħu jiġu aċċessati mill-pubbliku mill-Għassa tal-Imdina.
F’każ li persuna jkollha bżonn l-assistenza tal-Pulizija, iżda mhux emerġenza, jibqa’ irrakkomandat li ċċempel fuq in-numru 119 jew fuq in-numru 21224001.