Lokali Parlament

Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali għandu jieħu passi kontra min ħaqar il-klieb f’Ħaż-Żebbuġ; jeħtieġ liġi kontra l-moħqrija


Janice Chetcuti, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti sostnei fil-parlament li d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali għandu jieħu passi kontra min ħaqar il-klieb li nqabdu fl-aħħar ġranet ġo dar f’Ħaż-Żebbuġ.


Id-Deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti qalet li d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali jistħoqqilhom kull tifħir għall-mod kif salvaw 28 kelb pitbulls li kienu fi stat diffiċli minn ġo dar. Hi appellat biex din il-ħidma biex kienu salvati dawn il-klieb twassal biex id-Direttorat tieħu l-qorti lil min hu responsabbli għal dik il-moħqrija tal-annimali.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li dan il-każ kien wieħed minn każi li qed iseħħu fejn il-klieb qed jintużaw biex jitkattru l-ġriewi. Dan qed iwassal biex is-santwarji tal-annimali uma mimlija bi klieb li ma jkollhomx sid jew min itiehom l-imħabba.


Hi sostniet li l-pitbulls ikunu għand ċertu għandu tip ta’ nies li ma jitrattawhomx sew. Jekk il-gvern mhux se jgħaddi liġi li tirregola li l-klieb ma jkunux abbużati biex ikollhom il-ġriewi. Dawn l-individwi li qed jabbużaw minn dawn il-pitbulls qed jirnexxielhom jikkreaw monstri minn annimali sbieħ. Dawn il-klieb qed jgħaddu minn sofferenza u għalhekk jeħtieġ liġi b’saħħitha u inforzar qawwi biex tinqata’ din il-moħqrija.