Sport

Ikompli l-Kampjonat Nazzjonali tal-Malta Blackball Federation

Il-kampjonat Nazzjonali tal-Malta Blackball Federation kompla fil-jiem li għaddew meta Valletta Breakwater telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali meta għelbu lil Tim A San Ġwann Nick’s 11-5 sabiex laħqu lil Cospicua Rangers bi 15-il punt. Minkejja kollox, dawn tal-aħħar lagħbu żewġ logħbiet anqas li jridu jirkuprawhom fil-jiem li ġejjin.

Tim B Ħamrun 147 laħqu lill-ewwel tim tagħhom Ħamrun 147 meta għelbu lil Tim A Jojo’s Birżebbuġa 11-4, filwaqt li Tim A Qormi Anici rebħu lit-tieni tim tagħhom Qormi Anici 11-6.

Fil-kampjonat reġjonali, Tim C Ħamrun 147 komplew iżommu r-rekord perfett tagħhom sa mill-bidu tal-istaġun meta rebħu s-seba’ logħbiet li lagħbu wara li għelbu lil Tim D Ħamrun 147 11-1.

Tim A Każin Pinto Qormi u Tim A Valletta Fossa Boys irkupraw mill-aħħar riżultati negattivi wara li kisbu rebħiet importanti kontra Tim A Balzan (11-9) u Tim A Domus Kids Żejtun (11-9) rispettivament.