Is-Seajet SB20 National Sailing League kompla bis-serje ta’ tlielaq li jseħħu kull xahar matul l-istaġun tal- ibburdjar 2023/24.
Dan l-avveniment hu organizzat mill-Malta Young Sailors Club taħt l-awspiċi tal-Malta Sailing Federation fejn wieħed seta’ jara flotta mdaqqsa bi tluq minn Sant’ Anġlu fil-Birgu u trasferita lejn San Pawl il-Baħar, f’kundizzjonijiet tar-riħ li nefħu madwar 18-il mil nawtiku fis-siegħa.
L-aħħar avveniment ra kompetizzjoni bi tliet tiġrijiet kuljum. Il-Maltese Musketeer Sailing Team rebaħ żewġ tiġrijiet fl-ewwel jum, u spiċċa t-tieni fit-tielet tellieqa. It-tim il-ġdid tal-Università ta’ Malta kellu wirja tajba. Madankollu, il-Maltese Musketeer kisbu r-rebħa ġenerali bl-Università ta’ Malta Sailing Team kisbu t-tieni post, u Tim Chiara fit-tielet post.
Il-flotta lokali rduppjat fl-aħħar ftit xhur b’sittax-il tim qed jikkompetu b’mod attiv. L-SB20 – dgħajsa ‘one design’ – flotta li hija mmexxija minn uħud mill-aqwa baħħara li għandna f’Malta. Għadd ta’ timijiet lokali se jkunu qed jivvjaġġaw lejn il-Portugall biex jikkompetu fl-SB20 Grand Slam Spring Cup f’Cascais f’kompetizzjoni li tiġbor l-aqwa timijiet fl-Ewropa .
Din se tkun esperjenza siewja qabel il-Kampjonati Ewropej li se jsiru f’Malta fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru 2024.
//= $special ?>