Lokali Parlament

Il-gvern m’għamel xejn dwar l-emerġenza fit-tibdil fil-klima


Eve Borg Bonello, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello qalet li l-parlament kien iddikjara stat ta’ emerġenza fit-tibdil fil-klima iżda l-gvern ma fehemx dan il-messaġġ.


Meta kienet qed titkellem fil-parlament Eve Borg Bonello sostniet li l-ħajja tan-nies mhijiex titjieb fejn Malta baqgħet fost l-agħar fl-ewropea fl-enerġija rinovabbli komparata mal-pajjiżi oħra fl-Ewropa.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern qed jivvota biss €50,000 għal inizjattivi mill-għaqdiet ambjentali, fis-soċjetà u fl-ekonomija. Il-gvern m’għandux ħjiel ta’ governanza tajba u għalhekk il-prijorità mhijiex iċ-ċittadin. L-interess tal-gvern hu li jaqdi lill-ħbieb tal-ħbieb.


Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-gvern mhux joffri risposti serji għall-ambjent u semmiet il-kriżi fl-enerġija fis-sajf li għadda. Eve Borg Bonello qalet li flok investa fl-enerġija, il-gvern se jimplimenta power plant li taħdem bid-diesel.


Din se jkollha impatt diżastru quddiem sitwazzjoni fejn iktar minn 570 persuna qed imutu kull sena propju minħabba l-kwalità tal-arja. Il-problema t-tibdil fil-klima illum saret il-kriżi tal-kwalità tal-klima fejn il-gvern qed jagħmel agħar minn dak li sar bil-konsegwenza li l-kwalità tal-ħajja sejra għall-agħar.


Eve Borg Bonello kompliet li l-pajjiż għandu bżonn responsabbiltà u trasparenza fil-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet.