Futbol Sport

Inter jirbħu fl-aħħar sekondi

(Ritratt: EPA)

Inter kisbu rebħa minima 2-1 bil-gowl deċiżiv jasal fl-aħħar sekondi kontra Undinese. Kienu Udinese li marru fil-vantaġġ fl-40 minuta permezz ta’ Lazar Samrdzic.

Inter wettqu reazzjoni u fit-tieni taqsima ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ penalty mogħti u skorjat minn Hakan Calhanoglu. Inter skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa fis-96 minuta permezz ta’ Davide Frattesi.

B’dan ir-riżultat, Inter komplew ikabbru l-vantaġġ f’ras il-klassifika fejn issa telgħu bi 82 punt.