Lokali Saħħa

KRIŻI FL-ISPTAR: “Jien dejjem ivvutajt Labour. Qatt ma konna gravi daqs illum”

"Management bażwi - pajjiż qerduh"

Il-kriżi li hemm bħalissa fl-Isptar Mater Dei qed tkompli tiddomina l-aħbarijiet, speċjalment wara weekend ieħor ta’ pressjoni enormi fuq l-infermiera u t-tobba – kaġun tal-managment ħażin u n-nuqqas ta’ ppjanar min-naħa tal-Gvern.

Kien ix-Shadow Minister għas-Saħħa Adrian Delia li tefa’ dawl fuq din is-sitwazzjoni, bir-reazzjonijiet tan-nies ikunu komuni; kollha jilmentaw fuq il-kriżi li tinsab fiha s-sistema tas-saħħa.

Perusna partikolari spjega li għalkemm hu mhux Nazzjonalist u dejjem ivvota Labour, ikkonferma li “l-isptar qatt ma kien gravi daqs illum”.

Fuq Facebook, huwa insista li lanqas San Luqa ma kien hekk. “Sala mimlija nies imħalltin nisa u rġiel, u kull ma kellhom żewġ toilets biss li jrid jinqasam bejn il-pazjenti u staff. Kemm biex jinħaslu, ibiddlu u jagħmlu il-bżonnijiet tagħhom”.

Hu insista li dan kollu huwa dovut għall-popolazjoni eseġerata li ma nifilhux għaliha.

“Kieku għadu l-PN fil-gvern, tgħidx kemm naqlgħulhom”, stqarr dan il-partitarju Laburista. “Imma la qegħdin aħna, kollox sewwa. Imma jien mhux ipokrita. Il-ħażin nibqa’ ngħidlu ħażin, irrelevanti minn min jagħmlu. Pajjiz qerduh, dik hi l-verità.”

Xi ħadd ieħor spjega li qattgħu xejn anqas minn 12-il siegħa sabiex daħħlu lil missieru f’sala.

“L-emerġenza mifqugħ bil-barranin – tobba u nurses magħksin bix-xogħol, u l-pazjent Malti jistenna mgħawweġ bl uġieħ! Management bażwi”.

Spjega wkoll kif f’Area 2 tal-Emerġenza ħallew żewġ tobba weħidhom ma’ ammont enormi ta’ pazjenti.