Lokali Parlament

M’hemmx impenn għal investiment f’Tas-Sliema u San Ġiljan


Albert Buttigieg, PN


Id-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg qal fl-Aġġornament tal-parlament li f’Tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira hemm abbandun mill-gvern u dan sar bi skop preċiż.


Hemm nuqqas ta’ investiment, infurzar u rieda poltika biex dawn il-lokalitajiet jingħataw il-mauntenzjoni meħtieġa. F’dawn il-lokaliatjiet hemm nuqqas ta’ indafa, hemm storbju u hemm abbandun.


Albert Buttigieg sostna li l-gvern qed jinvesti f’lokalitajiet oħra iżda jabbanudna dawn il-lokalitajiet. Hu sostna li fl-2023 il-Ministeru tat-Turiżmu nefaq f’San Ġiljan €20,000 biss waqt li f’Tas-Sliema nefaq €10,000. Min-naħa l-oħra fid-distrett tal-Ministru tat-Turiżmu sar infieq ta’ €500,000 f’tisbiħ u manutenzjoni.


Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Ministru tat-Turiżmu hu l-ministru ta’ Malta kollha u mhux tad-distrett tiegħu biss. Hu qal li hu tajjeb li jsir pjan ta’ riġenerazzjoni f’San Pawl il-Baħar u l-Qarwa iżda mhux sew li m’hemmx pjan ta’ riġenerazzjoni għal Tas-Sliema u San Ġiljan.


Id-deputat Nazzjonalista qal li minkejja l-illegalitajiet f’Tas-Sliema u San Ġiljan fosthom bi storbju kbir u abbużi oħra, m’hemmx impenn għall-infurzar.