Kien hemm protesta mit-tmexxija ta’ Fenerbache fil-konfront tal-Federazzjoni Torka meta għal finali ta’ Super Cup, fl-ewwel protesta, Fenerbache lagħbu bit-tim ta’ taħt id-19 il-sena. Wara s-solitu ritwal ta’ kull finali, wara biss tliet minuti MAURO ICARDI għeleb lil Furhan Onur Abyuz.
Mal-gowl, bi protesta, it-tmexxija ta’ Fenerbache ordnat lill-plejers biex joħorġu mill-pitch, bil-partita dikjarata abbandunata wara tliet minuti.
Ali Koc, President ta’ Fenerbache, meta indirizza lill-ġurnalisti qal li wasal iz-żmien li l-Federazzjoni Torka tkun riorganizzata. Fenerbache, li qed isostnu li sofrew minn ċerti deċiżjonijiet kontrihom, kienu wkoll talbu li l-partita kontra Galatasaray tkun posposta minħabba li l-Ħamis li ġej jilagħbu fil-kwarti finali tal-UEFA Europa League kontra Olympiakos.
Meta jonqos seba’ partiti għat-tmiem tal-kampjonat, Galatasaray għandhom vantaġġ ta’ tliet punti fuq l-istess Fenerbache.
//= $special ?>