Lokali Mużika

Sarah Bonnici tkompli tippromwovi l-kanzunetta ‘Loop’ f’Londra

Fi tmiem il-ġimgħa, ir-rappreżentanta ta’ pajjiżna għall-festival tal-Eurovision, Sarah Bonnici, kantat il-kanzunetta enerġetika tagħha ‘Loop’ fil-Eurovision pre-party – serata illi saret f’Londra.

Waqt li kienet fil-kapitali Ingliża, hi kantat ukoll f’night club ferm popolari fejn iltaqgħet ma’ bosta personalitajiet popolari.

Sarah Bonnici kienet akkumpanjata minn żewġ żeffiena fiż-żewġ wirjiet illi tat. U l-kanzunetta Loop jidher li kienet suċċess mal-folla preżenti.

Il-kantanta żagħżugħa tinsab fir-Renju Unit bħala parti minn tour li qed tagħmel qabel ma tipparteċipa fil-konkors tal-Eurovision li se jsir f’Malmö, fl-Iżvezja, bejn is-7 u l-11 ta’ Mejju.

Bonnici kienet preżenti għall-pre-party tal-festival flimkien ma bosta’ artisti oħra li ser jipparteċipaw fil-Eurovision Song Contest. Hi waslet Londra wara li ftit tal-jiem ilu ipparteċipat ukoll fil-pre-Eurovision party ta’ Madrid.

Ir-rappreżentanta Maltija se tkun qed tiftaħ is-serata tat-tieni semifinali tal-Eurovision ….il-Ħamis 9 ta’ Mejju.