‘Bħalissa l-logħbiet huma kollha finali’
- Mauro Camoranesi, kowċ Floriana FC
‘Konna nafu li ser tkun logħba diffiċli, wara kollox id-derbies huma kollha logħbiet iebsin’. Hekk ikkummenta l-kowċ ta’ Floriana Mauro Camoranesi wara r-rebħa li t-tim tiegħu kiseb kontra Valletta. Il-kowċ Taljan kompla hekk: ‘L-iskwadra qed tagħmel ħafna saġrifiċċji fejn bil-mod il-mod qed naraw il-frott ta’ dan. Bħalissa l-logħbiet huma kollha finali fejn l-importanti li nkomplu nirbħu. Fadal erba’ logħbiet li waħda minnhom hi l-konfront dirett kontra Ħamrun Spartans. Għaldaqstant, it-taqtigħa jidher li ser tibqa’ sal-aħħar. Imma aħna qed naħdmu sabiex nirbħu l-kampjonat’.
‘Jekk nirbħu l-logħob li fadal insiru Champions’
- Luciano Zauri, kowċ Ħamrun S. FC
‘L-aktar ħaġa importanti huwa li nirrispondu mill-ewwel. Wara r-rebħa ta’ Floriana l-pressjoni kienet kollha fuqna, imma aħna mdorrijin għal dan’. Kliem il-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Luciano Zauri, wara li t-tim tiegħu għeleb lil Birkirkara bl-iskor ta’ 2-0. Zauri kompla hekk: ‘Nafu li jekk nirbħu l-logħbiet kollha li fadlilna nsiru Champions. Hu fuq dan li qed naħdmu. Issa nħarsu mill-ewwel lejn il-logħba li jmissna kontra Gżira United, peress li kull logħba ser tkun diffiċli f’dan l-istadju delikat tal-Kampjonat.’
KLASSIFIKA | L | PTI |
FLORIANA | 22 | 54 |
ĦAMRUN SPARTANS | 22 | 52 |
SLIEMA WANDERERS | 22 | 42 |
MARSAXLOKK | 22 | 34 |
HIBERNIANS | 22 | 33 |
NAXXAR LIONS | 22 | 31 |
BIRKIRKARA | 22 | 30 |
GŻIRA UNITED | 22 | 29 |
BALZAN | 22 | 29 |
SANTA LUCIA | 22 | 26 |
MOSTA | 22 | 24 |
VALLETTA | 22 | 20 |
SIRENS * | 22 | 9 |
GUDJA UNITED * | 22 | 6 |
*RELEGATI
L-AQWA SKORERS | GOWLS |
Luke Montebello (Ħamrun S.) | 20 |
Kemar Reid (Floriana) | 13 |
Yuri Messias (Marsaxlokk) | 12 |
Uros Djuranovic (Ħamrun S.) | 11 |
Andrei Ciolacu (Birkirkara) | 9 |
Pablo Servo (Naxxar L.) | 9 |
Sunday Akinbule (Marsaxlokk) | 7 |
Federico Falcone (Valletta) | 7 |
Jurgen Degabriele (Hibernians) | 7 |
Giannis Bastianos (Hibernians | 6 |
Willis Furtado (Floriana) | 6 |
Gabriel Bohrer Mentz (Gżira U) | 6 |
Nazzjon Tim tal-Ġimgħa:
Goalkeeper: Darijan Zarkov (Gżira U.)
Difensuri: Alessandro Coppola (B’kara), Emerson Marcelina (Ħamrun S.) Carlo Zammit Lonardelli (Floriana), Ryan Camenzuli (Ħamrun S.).
Midfielder: Kemar Reid (Floriana), Alessandro Piazza (Santa Lucia), Dunstan Vella (Floriana)
Attakkanti: Luke Montebello (Ħamrun S.), Pablo Augusto Servo (Naxxar L.), George Blackwood (Balzan)
LOGĦOB LI JMISS
Il-Ġimgħa 12 ta’ April, 2024
Centenary Stadium
6.00pm Santa Lucia vs M’Xlokk
Is-Sibt 13 ta’ April, 2024
Stadium Nazzjonali
2.00pm Floriana vs Mosta
4.15pm Gżira Utd. vs Ħamrun S.
Il-Ħadd 14 ta’ April , 2024
Stadium Nazzjonali
2.00pm Balzan vs Sliema W.
4.15pm Hibernians vs Valletta
Tony Bezzina Stadium
2.00pm B’Kara vs Gudja Utd.
4.15pm Naxxar L. vs Sirens
//= $special ?>