Lokali

Għawma ta’ 12-il siegħa għall-karità

L-atleti Neil Agius u Fabio Spiteri se jkunu qed jingħaqdu fi sfida għall-karità.

L-atleti, se jkunu qed jgħumu għal 12-il siegħa bil-għan li jinġabru fondi għall-għaqda mhux governattiva, Inspire – għaqda li tipprovdi faċilitajiet għal familji u persuni b’diżabbiltà, fosthom lezzjonijiet tal-għawm.

Din l-isfida hija miftuħa għas-sehem tal-pubbliku, b’dawk li jipparteċipaw jagħtu donazzjoni minima ta’ 10 ewro, bil-kumpaniji li jkunu se jieħdu sehem bħala tim, huma mitluba li jagħtu donazzjoni minima ta’ 250 ewro. Id-distanza tal-għawm se tkun dik ta’ mira ta’ 1000km.

Intant, kull min se jkun qed jattendi se jkun jista’ jagħmel id-donazzjoni tiegħu matul il-ġurnata.

F’din l-attività għall-karità, li se ssir fil-Waterpolo Club tan-Neptunes, wieħed se jkun jista’ jiltaqa’ ma’ numru ta’ personalitajiet fosthom anke atleti.