Malta Public Transport permezz ta’ stqarrija ċaħdu l-allegazzjonijiet kollha b’rabta mal-karozzi tal-linja, li għamel Claudio Cutajar illum fil-Qorti, waqt protest ġudizzjarju.
Fl-Istqarrija Malta Public Transport qalu li s-sigurtà tal-passiġieri, tal-ħaddiema u ta’ dawk kollha li jkunu fit-triq hija ta’ prijorità għall-kumpanija u għalhekk qatt mhu se jpoġġu il-ħajja ta’ xi ħadd fil-periklu. Saħqu li huma jsegwu linji gwidi internazzjonali li jiżguraw is-sigurtà u s-saħħa ta’ dawk kollha li jirkbu tal-linja u assiguraw lill-pubbliku li qatt mhu se jippermetu karozzi tal-linji li mhux tajbin biżżejjed fit-toroq.
Malta Public Transport permezz tal-istqarrija komplew jgħidu li huma għandhom kunfidenza assoluta fil-ħaddiema kollha tagħhom kif ukoll fid-diretturi u l-maniġers tal-kumpanija. Sostnew ukoll li hija sfortuna li waqt li huma jippruvaw jagħmlu dak kollu li jistgħu biex ittejbu l-kwalità tas-servizz hemm min jipprova jagħmel il-ħsara lir-reputazzjoni tagħhom.
Għal din ir-raġuni Malta Public Transport qalu li se jkunu qed jiftħu kawża l-Qorti kontra Cutajar. Waqt li kkonkludew jgħidu li l-karozzi tal-linji kollha huma soġġetti għat-testjar skont il-liġi u għalhekk ma huma ta’ l-ebda periklu.
//= $special ?>