Futbol Sport

Jingħata bidu għall-kwartifinali tal-UEFA Champions League

Mil-lejla, jingħata bidu għall-kwartifinali tal-UEFA Champions League, fejn tispikka l-partita fis-Santiago Bernabeu bejn Real Madrid, l-iktar tim li rebaħ din il-kompetizzjoni u Manchester City, iċ-champions renjanti ta’ din il-kompetizzjoni.

Partita oħra interessanti hi dik fl-Emirates Stadium bejn Arsenal u Bayern Munich, biż-żewġ timijiet jinsabu għaddejin minn forma opposta fil-kampjonati risepttivi tagħhom.

Għada mbagħad, Atletico Madrid jilagħbu kontra Borussia Dortmund filwaqt li PSG jilagħbu kontra Barcelona.