Lokali Qorti

Mixli bi traffikar ta’ kokaina u cannabis

Żagħżugħ ta’ 20 sena mill-Furjana ġie mixli quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco bi traffikar tad-droga kokaina u cannabis. Il-prosekuzzjoni qalet li ġie arrestat ukoll ħuh b’rabta ma’ dan il-każ. Mikhail Mansueto ġie arrestat wara li nħareg mandat ta’ arrest fil-konfront ta’ ħuh.

Wara tfittxija li saret fir-residenza ta’ ħu l-akkuzat, fil-poġġaman tad-dar instab li kien hemm id-droga suspettata li hi kokaina. Aktar tard, il-Pulizija sabet aktar qratas f’vażun, bid-droga tkun cannabis. Il-prosekuzzjoni qalet li Mikhail Mansueto, li qal lill-Qorti li ma jaħdimx, gie arrestat wara diskussjoni bejnu bejn ħuh li qajmitilhom susspett.

L-esperti forensiċi qalu li l-ammont kien jikkonsisti f’100 gramma kokajina u 30 gramma cannabiss grass. II-prosekuzzjoni qalet li d-droga kienet intiżnet u jista’ jkun li meta din tkun iċċekkjata, jaf ikollha xi grammi inqas, kif is-soltu jiġri wara aktar stħarriġ fuq il-valur tad-droga.

Il-prosekuzzjoni żiedet li fl-istqarrija tiegħu, Mansueto, li għandu l-vizzju tad-droga u li kien qed jagħmel din l-attività sabiex immantni l-istess vizzju. Għall-akkużi miġjubin kontrih, huwa wieġeb li mhux ħati, bl-avukat difensur Franco Debono jagħmel talba għall-pleġġ.

Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba u argumentat li f’età tenera ż-zagħżugħ jinsab diġa involut f’attivita ta’ traffikar tad-droga. Qalu li d-droga kienet se tkun qed titqassam lil terzi waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tal-Furjana.

Il-prosekuzzjoni qalet ukoll li hija mħassba għax teżisti l-biża’ reali ta’ kontaminazzjoni tal-provi għaliex ħu l-akkużat bħalissa jinsab taħt police bail. Id-difiża qalet li l-akkużat ikkopera mal-awtoritajiet u assuma responsabbiltà kollha. Huwa wkoll ‘first time offender’.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet taż-zewg partijiet, bil-prosekuzzjoni tkompli toġġezzjona bil-qawwa kollha kontra l-ħelsien mill-arrest, il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest, iżda rrimarkat mal-prosekuzzjoni biex ix-xhieda jittellgħu jixhdu mingħajr dewmien.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Mark Anthony Mercieca u John Leigh Howard. Għal Mansueto, dehru l-Avukati Franco Dobono u Matthew Xuereb.