Nhar il-Ħadd, f’attività politika organizzata mill-Partit Nazzjonalista fl-Imsida, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ser ikun qiegħed jiltaqa’ mal-Misidjani sabiex jiġu indirizzati bosta temi kurrenti li qed jaffetwaw is-soċjetà Maltija.
Din hija parti miż-żjarat li qed jagħmel Bernard Grech, fejn kull nhar ta’ Ħadd qed jiltaqa’ mar-residenti f’lokalitajiet differenti.
Hu ser ikun qed jieħu din l-opportunità biex jitkellem mar-residenti u jisma’ dak li huma jixitiequ jaqsmu miegħu, hekk kif ninsabu inqas minn xahrejn ‘il bogħod mill-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kif ukoll l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropej.
Din l-attività politika se ssir fil-11am fil-Ġnien (fejn l-iskola primarja), Triq Victor Denaro, Msida.
//= $special ?>