Sport Sport Ieħor

Organizzat is-seminar ta’ Team Noel Club flimkien ma’ Ernesto Hoost

Team Noel Club immexxi minn Master Noel Mercieca organizza Seminar nazzjoinali bis-sehem ta’ 150 partecipant minn diversi klabbs lokali tal-kickboxing u K1 .

Għat-tieni darba wara ħdax-il sena bħala trainer ewlieni sabiex imexxi dan is-seminar, kien mistieden il-kickboxer professjonali rtirat mill-Olanda Ernesto Hoost ‘Mr.Perfect’.

Hoost igawdi fama mondjali fejn kien erba’ darbiet Champion tad-Dinja tal-K-1, u huwa meqjus bħala  wieħed mill-akbar kickboxers ta’ kull żmien.

Bil-preżenza u l-ħiliet ta’ Ernesto Hoost kif ukoll xogħol organizzattiv meta mqabbel ma’ seminars oħra fil-passat dan is-seminar kien fuq skala ogħla fejn il-partecipanti kellhom cans li jitħarrġu f’żewġ sessjonijiet ta’ taħriġ prattiku.

Sessjonijiet ta’ taħriġ, fejn Ernesto Hoost wera tricks tattiċi lill-istudenti preżenti li wassluh għas-suċċess dinji.

L-organizzatur ewlieni Master Noel Mercieca esprima s-sodisfazzjon tiegħu għas-suċċess ta’ dan is-seminar u l-presenza ta’ Ernesto Hoost li aċċetta stedina għat-tieni darba u ħalla l-marka tiegħu permezz tal-lezzjonijiet notevoli li qasam mal-istudenti kollha. Huwa esprima l-gratitudni tiegħu lejn il-klabbs kollha tal-kickboxing lokali għas-sehem tagħhom f’dan is-seminar .