Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Raġel ta’ 29 sena residenti Birżebbuġa, weġġa’ gravi wara li waqa’ minn xi għoli fil-Floriana.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-5pm, fi Pjazza Sir Luigi Preziosi.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li waqt li r-raġel kien qiegħed fuq bejt ta’ residenza, ċedew xi xorok, b’konsegwenza li waqa’ minn xi għoli.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu.

Ir-raġel ittieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.