Elezzjonijiet 2024 Lokali

Sas-Sibt tista’ tapplika biex tkun AEC mal-Partit Nazzjonalista

L-Uffiċċju tal-ELCOM mill-ġdid qed jappella għal dawk li huma interessati sabiex – jekk eleġibbli – jappilkaw ħalli jservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali (AEC) għall-elezzjonijiet kemm tal-Parlament Ewropew u kemm tal-Kunsilli Lokali li se jsiru nhar is-Sibt 8 ta’ Ġunju. L-early voting se jsir ġimgħa qabel, fl-ewwel jum ta’ Ġunju.

Id-Direttur tal-ELCOM, Alex Vassallo, insista li kull min hu interessat li japplikka, jista’ jissottometti l-applikazzjoni tiegħu billi jmur fl-Uffiċċju tal-ELCOM, fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, f’Tal-Pietà.

Il-persuni eleġibbli sabiex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali għandu jkollhom 16-il sena jew aktar, u mal-applikazzjoni, l-applikanti għandhom jippreżentaw il-karta tal-identità.

Il-perjodu sabiex wieħed japplika jagħlaq nhar is-Sibt li ġej, 13 ta’ April.