Ewropa Internazzjonali

Spanja twaqqaf l-iskema tal-‘golden visas’

Il-Gvern Spanjol ħabbar li waqqaf l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti għal ċittadini li mhux ġejjin mill-Unjoni Ewropea; deċiżjoni li żgur se tħalli effett fuq ir-Renju Unit.

B’mod immedjat, Spanja se tneħħi l-possibbiltà lil persuni biljunarji li jakkwistaw il-‘golden visa’ – passaport li kien jingħata lil dawk li jinvestu ammont kbir ta’ flus fi proprjetà.

Dawn it-tip ta’ skemi ilhom żmien twil jiġbdu kritika, inkluż f’Malta. Dan wara li l-Gvern Laburista kien daħħal programm ta’ dan it-tip.