Lokali

Stagno Navarra jqabbel lil David Casa ma’ serp velenuż

Il-propagandist tal-Labour Karl Stagno Navarra qabbel lill-MEP tal-Partit Nazzjonalista David Casa ma’ serp valenuż. Dan għamlu waqt il-programm tiegħu, li fih kienu mistiedna l-Ministru għat-Trasport Chris Bonnett u d-Deputat Laburista Abigail Camilleri.

F’risposta għal dan il-kliem, David Casa qal li l-velenu huwa l-kilba għall-flus li ħakmet lil min jaħseb li qiegħed ‘il fuq mil-liġi. U li l-veru valenu huwa min qed jitħanżer minn fuq dahar in-nies, b’impunità.

Huwa stqarr li dawn in-nies “qed jipperikolaw il-fondi Ewropej” u mhux hu.

Dan wara li l-Ministru Chris Bonett akkuża lil Casa li jrid iwaqqaf il-fondi Ewropej għal Malta.

F’kummenti ma’ Net News, David Casa fakkar li permezz ta’ xogħlu fil-Parlament Ewropew fl-aħħar ħames snin, hu kien responsabbli għal fondi different li minnhom aktar minn kwart ta’ biljun ġew mobillizzati favur il-familji Maltin u Għawdxin.

Dawn il-fondi għandhom ukoll salvagwardji robusti biex jipprevjenu l-frodi, u biex verament jgħinu lil min ħaqqu.

Casa qal li waqt li ma jridx jara li l-Unjoni Ewropea twaqqaf il-fondi għal Malta, huwa saħaq li l-kontroll fuq il-fondi hija waħda mill-għodod li għandha l-Unjoni Ewropea biex tipproteġi liċ-ċittadini kontra min qed ikisser is-saltna tad-dritt u li jekk xi darba l-fondi jiġu ffriżati, it-tort ikun ta’ min ħakem l-istituzzjonijet biex jitħażer minn fuq il-poplu, u ħadd aktar.

Dan isegwi dak li qal Casa l-Ħadd li għadda meta fl-attività tal-Partit Nazzjonalista fil-Foss tal-Imdina rrefera għal dak li qalet il-Kummissarju Ewropew Helena Dalli meta sejħet id-deċiżjoni tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech li jwaqqaf lill-membri tal-Kabinett ta’ Joseph Muscat milli jsiru President, bħala  “unfair”.