Sport

Bormla b’aktar suċċessi fis-Subbuteo

Is-seed numru 3 tar-rankings mondjali tal-Fistf, fi tmiem il-ġimgħa rebaħ il-Grand Prix ta’ Vjenna tal-Awstrija, meta fil-finali tat-table football għelbu lil Bologna Tigers tal-Italja 3-1. Fil-fażi tal-gruppi Bormla sc rebħu t-tliet logħbiet kollha u bdew b’żewġ rebħiet identiċi ta’ 4-0  kontra  Pinco Devils tc tal-Italja u Royal Kaisermuhlen b, tal-Awstrija, u 3-0 kontra Tsc Phoenix tal-Awstrija.

Fis-semifinali, Bormla rebħu kontra t-tim organizzatur Royal Kaisermuhlen Austria 2-1, u fil-finali l-Bormliżi  rebħu 3-1 kontra Bologna Tigers tal-Italja biex wasal it-tieni suċċess għall-2024 u ripetizzjoni tar-rebħa tal-GP Awstrijak tal-2022. It-Tim kien kompost mill-Kaptan Charlie Aquilina, Jason Pisani, George Ebejer, il-Belġjan BessimGolger, l-Awstrijak David Busch, u Thomas Ebejer. 

Is-Sibt, fl-avvenimenti individwali, il-plejers ta’ Bormla naqqxu isimhom bil kbir, bl-Awstrijak David Busch jirbaħ il-veterani u martu Katarina Waldorf BUSCH rebħet l-avveniment tan-nisa.

Fl-open, Bessim Golger wasal sas-semifinali u Thomas Ebejer, fil-kategorija taħt 20 sena, wasal sal-finali. Bormla subbuteo club jixtieq jirringrazzja lil VisitMalta, SportMalta, Fondazzjoni Kottonera, Mykonos by Yiamas , Euroclub Hotel, Ejcs u Bormla Dynamos għall-għajnuna meħtieġa.

Il-ġimgħa d-dieħla t-tim se jkun qed jikkompeti f’Mallorca, Spanja, u fil-Grand Prix ta’ Malta Mtfsa fl-aħħar ġimgħa ta’ April.