“Oqtluhom kollha”.
Dan huwa l-messaġġ li qed ixerred l-Istat Iżlamiku (ISIS) qabel il-partiti validi mill-kwarti finali tal-kompetizzjoni UEFA Champions League; theddid li huwa mifrux fuq diversi stadiums madwar l-Ewropa.
L-ISIS qed jheddu b’azzjonijiet fuq l-istadium tal-Arsenal kif ukoll fuq il-Bernabeu ta’ Real Madrid.
Illejla, fl-Emirates Stadium, Arsenal jilqgħu lil Bayern Munich filwaqt li f’Mardrid hemm il-partita tant mistennija bejn Real Madrid u Manchester City.
Il-media Spanjola qed tgħid li l-awtoritajiet lokali ilhom żmien twil b’din l-informazzjoni dwar theddid minn gruppi terroristiċi.
//= $special ?>