Id-dokument ‘Dignitas Infinita’ li għadu kif ġie ppubblikat mill-Knisja Kattolika, qajjem mill-ġdid dibattitu sħiħ dwar il-proċedura tas-surrogacy – proċedura li permezz tagħha mara tkun tista’ twelled tarbija billi tutilizza ġuf ta’ mara oħra.
L-istess dokument jitkellem ukoll kontra dik li tissejjaħ ‘gender-affirming surgery’, fejn raġel jgħaddi minn operazzjoni biex isir mara u viċe versa. Dan sabiex il-persuna tieħu l-ġeneru li tħoss li verament jappartjeni għaliha.
Din id-dutrina l-ġdida tal-Knisja Kattolika ġiet approvata fil-25 ta’ Marzu mill-Papa Franġisku, li ordna l-pubblikazzjoni tad-dokument ‘Dignitas Infinita’.
Il-Knisja qed tinsisti li kull intervent fejn persuna tagħżel li tbiddel is-sess, imur kontra d-dinjità tal-bniedem.
Il-Knisja qed tgħid dwar is-surrogacy, li x-xewqa leġittima għat-tfal ma tistax tinbidel fi “dritt” li jkollok it-tfal. Dan apparti li l-Vatikan qed jitfa’ dawl fuq abbużi li jista’ jkun hemm fuq nisa surrogate, u l-punt kontroversjali dwar ġuf ta’ mara li jista’ “jinkera” sempliċiment biex iġorr tarbija.
Din id-duttrina tal-Knisja diġà ħolqot kontroversja enormi, u reazzjonijiet iebsin mill-komunità LGBTIQ+.
Ħafna qed jgħidu li l-Papa Franġisku qed ikompli jitbiegħed minn dawn il-persuni u mhux jifhem ir-realtajiet tagħhom. Dan filwaqt li oħrajn faħħru lill-Vatikan għall-mod li bih qed jinżamm it-tagħlim bażiku tal-Knisja.
//= $special ?>