Kurżitajiet Lokali

Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Charles Stroud

Fil-programm PROFILI tal-lejla, se nkunu qed niltaqgħu ma’ Charles Stroud, fejn se jkun qed jeħodna f’dimensjoni ġdida tal-mod kif kienu jaħdmu stazzjonijiet tat-televiżjoni fil-passat, iżda wkoll anki l-ġlieda tal-poplu Malti u Għawdxi għall-kisba tal-libertà tal-espressjoni.

“Jien kelli tim miegħi, li kont issibhom il-ħin kollu. Ġieli morna f’lokalitajiet u xħin naslu konna nintlaqgħu minn xita ta’ fliexken, ġieli anki eżatt xħin naslu, nisimgħu l-isparar, 4 tiri …kienu jagħmlu hekk biex jinku …xorta tibża’ imma. Darba ġie wieħed, u jneħħi l-flokk biex jurini dahru, u dan ikollu tbenġila enormi ta’ lembuba”

Matul dan il-programm Charles Stroud se jkun qed jaqsam magħna l-esperjenza ta’ direzzjoni ta’ għadd ta’ drama li rajna fuq Net Television, u li f’waqtiet kienu jidħlu fir-rutina ta’ kull ġimgħa ta’ bosta.

PROFILI għandu muntaġġ ta’ Beverly Abela u produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul.

Il-programm tal-lejla se jkun qed jibda wara l-aħbarjiet fit-8.30pm.