Futbol Sport

It-tim Nazzjonali tan-nisa megħlub mill-Portugall

UEFA Women’s Nations League League  B – Grupp 3 :

Malta ……………..0         

Portugall ………..2

Mid-draw ta’ 0 – 0 kontra l-Irlanda ta’ Fuq f’Belfast it-tim Nazzjonali Malti tan-nisa immexxi minn Manuela Tesse fit-tieni dehra fil-kompetizzjoni safa’ megħlub mill-Portugall b’żewġ gowls fit-tieni taqsima. Portugall li fl-ewwel partita kienu għelbu 3 – 0 lil Bosnia Herzegovina.

L-iskor wara l-ewwel tlett kwarti kien 0-0.

Portugall fetħet it-tieni taqsima fuq l-offensiva fejn fit-48 minuta kienet CAROLE COSTA li minn penalty għelbet lil Janice Xuereb biex fetħet l-iskor. Minkejja li t-tim Malta pprova jwettaq reazzjoni bla ma mpenja serjament lil Inez Pereira , fis-77 minuta Portugall irduppjat.

Minn azzjoni ta’ Jessica Silva ,gowl ta’ ANA CAPETA li wara ħames minuti li daħlet flok Catarina Amado għelbet lil Patricia Ebejer li fis-66 minuta ħadet post Janice Xuereb.

Fit-tielet minuta mit-12 il-minuta ta’ ħin miżjud Lucia Alves laqtet il-lasti għal Portugall.

Referee tal-partita kienet Katalin Sipos tal-Federazzjoni Ungeriża.