Internazzjonali

Iżrael: Theddid kontra l-ħajja ta’ kantanta qabel il-Eurovision

Il-kantanta li se tirrappreżenta lil Iżrael fil-Eurovision Song Contest ta’ Mejju għandha tasal l-Iżvezja akkumpanjata minn stakkament ta’ gwardjani personali li se jkun ‘tlett darbiet akbar’ minn tal-kontinġenti tas-sigurtà li akkumpanjaw lill-kantanti Iżraeljani waqt l-aħħar konkorsi

Il-Eurovision ta’ din is-sena se jsir fil-belt ta’ Malmo u l-organizzaturi tal-konkors qed jikkundannaw l-abbuż u persekuzzjoni tal-artisti li qed isir bi protesta għall-parteċipazzjoni ta’ Iżrael.

Dan meta l-kantanta għal Iżrael, din is-sena, hi Eden Golan ta’ 20 sena u li fl-aħħar jiem irċeviet it-theddid kontra ħajjitha fuq is-sit personali tal-Instagram.

It-tħejjijiet għall-konkors qed ikunu mtappna bl-iżviluppi tal-gwerra f’Gaza u diversi parteċipanti, fosthom il-kantant Britanniku Olly Alexander, s’issa  irrifjutaw l-insistenza ta’ ħafna nies biex huma jibbojkottjaw il-Eurovision.