Lokali

L-Assoċjazzjoni tal-ġenituri li għandhom tfal b’diżabbiltà ddiżappuntata bl-aġir tal-KM Malta Airlines

L-Assoċjazzjoni tal-ġenituri li għandhom tfal b’diżabbiltà tinsab iddiżappunta bl-aġir tal-linja nazzjonali tal-ajru KM Malta Airlines hekk kif persuni li għandhom siġġu tar-roti qed ikollhom iħallsu aktar.

Fi stqarrija din l-Assoċjazzjoni ddeskriviet dan l-aġir bħala wieħed diskriminatorju dan għaliex b’peruna li għandha diżabbiltà għandu jkollha l-istess drittijiet bħal kull ċittadin ieħor. Għaldaqstant l-Assoċjazzjoni saħqet li dan l-aġir juri kemm l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna għadhom il-bogħod sabiex tħaddan persuni b’diżabbiltà.

Intant, l-għaqda talbet għal diskussjoni kif ukoll kjarifika għal dan l-aġir diskriminatorju fil-konfront ta’ persuni diżabbiltà.