Fuq Facebook, il-Ministru responsabbli mit-toroq, ikkonferma li r-rotta ta’ Triq Reġjonali damet sat-8:30am sa ma nfetħet. Dan, meta kellha tinfetaħ xejn anqas minn tliet sigħat qabel.
Chris Bonett qed jgħid li dan id-dewmien kien dovut għal problemi fit-tqegħid ta’ xi konkos.
Il-Ministru kiteb hekk: “Ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’San Ġiljan kellhom jieqfu fil-5:30 ta’ dalgħodu. Infurmat li żviluppaw xi kumplikazzjonijiet waqt it-tqegħid tal-konkos u b’hekk it-triq baqgħet fuq lane waħda u ħolqot ‘bottle-neck’ li kkawża traffiku kbir. Il-kuntrattur ser jerfa’ r-responsabbiltà, però nifhem ukoll li xi kultant ix-xogħol joħloqlok ċertu kumplikazzjonijiet. Infurmat li ż-żewg lanes infetħu fit-8:30am.”
Intant, fuq il-media soċjali, il-Kap tal-PN Bernard Grech fakkar kif 11-il sena wara, u €700 miljun wara, qegħdin preċiżament agħar milli konna – iġġamjati fit-traffiku. Dan huwa riżultat ta’ nuqqas ta’ ppjanar u traffic management mill-Gvern Laburista.
Il-PN qed jassigura li jkun hemm traffic management serju u effettiv, li ma tingħalaqx elf triq f’daqqa u li jkun hemm inċentivi u investiment biex inħeġġu trasport alternattiv biex il-poplu jasal minn post għal ieħor f’ħin effiċjenti.
//= $special ?>