Lokali

Simulazzjoni ta’ operazzjoni ta’ salvataġġ wara terremot

Kienet ġurnata impenjattiva għall-forzi ta’ pajjiżna hekk kif matul il-jum ħadu sehem f’simulazzjomi ta’ operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ f’Selmun – simulazzjoni f’każ li jseħħ terremot u li jkun ħalla numru ta’ midruba kif ukoll vittmi.

Ritratt: Martin Agius

Din is-simulazzjoni kienet organizzata mill-Protezzjoni Ċivili bil-parteċipazzjoni tal-Pulizija, tal-Forzi Armati ta’ Malta kif ukoll l-iskwadra tal-Emerġenza mill-Isptar Mater Dei.

Ritratt: Martin Agius

Is-simulazzjoni kienet opportunita perfetta għar-rekluti ġodda sabiex jitgħallmu aktar dwar xi jsir f’operazzjonijiet bħal dan fejn għal din is-simulazzjoni kien hemm ‘il fuq minn 60 rekluta.

Net News żar is-sit tas-simulazzjoni u tkellem mad-Diretttur tal-Operazzjoni Anthony Pisani. Matul din is-simulazzjoni l-ħaddiema kienu qed jagħtu pariri lir-rekluti l-ġodda sabiex l-operazzjoni tkun waħda aktar effiċjenti.

Anthony Pisani kellimna wkoll dwar l-importanza li jsiru dawn it-tip ta’ eżerċizzji b’dawn is-simulazzjonijiet il-kbar isiru tal-anqas darbtejn fis-sena. Iżda l-Protezzjoni Ċivili tagħmel numru sostanzjali ta’ eżerċizzji oħra matul is-sena kollha.