Lokali

ABBUŻ FIŻIKU U MENTALI: Ħabsi mhedded li “ħa jmut” talli kixef il-kundizzjonijiet fil-ħabs

Wara li fl-aħħar jiem NET News żvela l-kundizzjonijiet tal-biża’ li l-priġunieri qed jgħixu fihom, minflok l-awtoritajiet konċernati ħadu azzjoni sabiex il-kundizzjonijiet jitjiebu, għażlu li jheddu lill-priġunier li tkellem magħna, fejn fost l-oħrajn qalulu li kien “se jmut”.

Huwa saħansitra ġie mhedded li jkollu jitlaq minn pajjiżna jekk jibqa’ jitkellem; dan meta l-priġunier huwa ċittadin Malti.

L-istess ħabsi kixef kif fil-ħabs għad hemm il-preżenza tad-droga, mard minħabba l-ġrieden jiġru fil-faċilità u ammont kbir ta’ suwiċidji. Għal dawn ir-raġunijiet, il-priġunier qed jagħmel strajk tal-ġuħ u strajk mediku.