Futbol Sport

Atalanta jaħsdu lil Liverpool f’Anfield u Roma b’rebħa minima f’San Siro

(Ritratt: EPA)

Atalanta kisbu rebħa sorprendenti f’Anfield ta’ 3-0 fuq Liverpool biex issa se jmorru għat-tieni leg fl-Italja b’vantaġġ komdu.

Atalanta fetħu l-iskor fit-38 minuta meta Davide Zappacosta sab lil Gianluca Scamacca li xeħet wara Kelleher għal 1-0. L-istess Scamacca rdoppja fil-61 minuta wara pass ta’ De Ketelaere.

Liverpool ħasbu li naqqsu d-distakk fit-80 minuta b’gowl ta’ Mohammed Salad li ma kienx ikkonvalidat minħabba pożizzjoni ta’ offside. Biex fit-83 minuta kien Mario Pasalic li mill-viċin xeħet fix-xibka u aċċerta minn rebħa għat-tim minn Bergamo.

Rebħa minima ta’ 1-0 għal Roma fuq Milan f’San Siro fil-kwartifinali kollha kemm hi Taljana. Il-gowl uniku tal-partita kien skorjat fl-ewwel taqsima, fis-17-il minuta, meta minn corner ta’ Paolo Dybala kien Gianluca Mancini li waħdu fil-kaxxa l-kbira għola fuq kulħadd u xeħet bir-ras wara Mike Maignan għal 1-0.

UEFA EUROPA LEAGUE

Milan v Roma 0-1, Bayer L. v West Ham 2-0, Benfica v Marseille 2-1, Liverpool v Atalanta 0-3

UEFA CONFERENCE LEAGUE

Olympiacos v Fenerbache 3-2, V.Plzen v Fiorentina 0-0, Aston Villa v Lille 2-1, C.Brugge v PAOK 1-0