Futbol Sport

Barcelona jirbħu l-ewwel leg f’Pariġi

(Ritratt: EPA)

F’Parc de Princes PSG ġew megħluba minn Barcelona 3-2.

Fis-37 minuta Barcelona fil-vantaġġ wara li Raphina għeleb lil Gigi Donnarumma għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.

Fit-48 minuta għal Paris Saint Germain l-eks ta’ Barcelona Ousmane Dembele għeleb lil Marc Andre’ ter Stegen biex għamel l-iskor 1 – 1

Tlett minuti wara PSG fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Fabian Ruiz kien Vitinha li għeleb lil ter Stegen għat 2 – 1 . Reazzjoni immedjata minn Barcelona. Fit-62 minuta kien Raphinnia li minn azzjoni ta’ Pedri għeleb lil Donnarumma għat 2 – 2 .

Fis-77 minuta minn azzjoni ta’ Ilkay Gundogan kien Andreas Christensen li poġġa lil Barcelona 3 – 2 fil-vantaġġ. Riżultat li biħ intemmet il-partita.

F’Civitas Metropolitano rebħa minima imma li tiswa ħafna għak Atletico Madrid fuq Borussia Dortmund   bl-iskor ta’ 2-1.

Wara biss erba’ minuti, Atletico Madrid fil-vantaġġ wara li Rodrigo De PaulL għeleb lil Gregor Kobel. Ebda reazzjoni minn Borussia b’Atletico jirduppjaw fit-32 minuta. Minn azzjoni ta’ Antoine Griezmann kien Lino li mill-ġdid għeleb lil Kobel. 2 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.

Minkejja li Borussia kienu aktar fil-partita matul it-tieni taqsima kien biss fil-81 minuta li naqqsu l-iskor wara li Sebastian Haller għeleb lil Jan Oblak għat 2 – 1 finali.

llum tintlgħab l-ewwel leg tal-Kwarti Finali – UEFA Europa League:

Milan – Roma 9:00pm

Bayer Leverkusen – West Ham United 9:00pm

Benfica – Newcastle United 9:00pm

Liverpool – Atalanta 9:00pm

Tintlgħab wkoll l-ewwel leg tal-Kwarti Finali – UEFA Conference League :

Olympiakos – Fenerbache 6:45pm

Viktoria Plzen – Fiorentina 6;:45pm

Aston Villa – Lille 9:00pm

Club Brugge – PAOK 9:00pm