Lokali

Bernard Grech iħeġġeġ biex kull persuna toħroġ tivvota fl-elezzjonijiet ta’ Ġunju

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ħeġġeġ lill-Maltin u l-Għawdxin waqt attività soċjali li saret il-Ħamis filgħodu, sabiex fil-jum tal-elezzjonijiet joħrġu jivvutaw. Hekk kif kull vot kapaċi jagħmel differenza.

Bernard Grech fakkar kemm l-għażla fit-tmexxija tal-Kunsilli u l-għażliet tal-MEPs li jirrappreżentawna, huma importanti immens. Dan għaliex il-persuni eletti se jkunu qed jimbuttaw il-vuċi taċ-ċittadin, kemm fl-Unjoni Ewropea iżda anke fil-Kunsilli Lokali ta’ kull raħal u belt.

Bernard Grech insista li leħen il-poplu Malti u Għawdxi jrid ikompli jissaħħaħ fil-Parlament Ewropew, filwaqt li d-differenza għandha tibda mill-villaġġi u l-ibliet ta’ pajjiżna bi tmexxija ta’ kunsilli b’maġġoranza Nazzjonalista.

Il-votazzjoni kemm għall-Kunsilli Lokali kif ukoll għas-sitt siġġijiet fil-Parlament Ewropew se tkun qed issir is-Sibt 8 ta’ Ġunju. Il-PN, fil-ġimgħat li ġejjin se jkun għaddej b’kampanja man-nies, f’kull lokalità, sabiex ikompli jwassal il-messaġġ tiegħu.